Taqsima tal-Karta tal-Identità
Il-karti tal-identità elettronika jistgħu jinġabru mit-Taqsima tal-Karti tal-Identità wara sitt ijiem ta' xogħol.
Applikanti li jagħżlu li jirċievu l-e-ID card tagħhom bil-posta reġistrata jirċevuha fi żmien 5 sa 10 ijiem, skont is-servizz postali.
Maltapost tiġbor l-e-ID Cards mit-Taqsima tal-Karti tal-Identità biex tqassam darbtejn fil-ġimgħa.
Id-dokumenti li ġejjin għandhom jingħataw lill-operatur tal-Maltapost:
- Karta tal-identità elettronika preċedenti jew;
- Formola ID9 – Karta tal-Identità Temporanja (karta roża) fil-każ ta' Lost e-ID Cards u applikanti ġodda.

Karta tal-Identità
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
tagħmel appuntament.