Indipendenti Ekonomikament

Taqsima tal-Espatrijati

Ħarsa Ġenerali

 

Ċittadini tal-UE li jixtiequ jgħixu f'Malta għal aktar minn tliet (3) xhur, u li huma ekonomikament awtosuffiċjenti, iridu jirreġistraw il-preżenza tagħhom f'Malta u jistgħu jagħmlu dan, bil-kundizzjoni li juru riżorsi suffiċjenti li jikkonfermaw din l-eliġibbiltà.

 

X'se tikseb

 

Dokument ta' residenza.

 

Eliġibbiltà

 

L-applikant irid jipprova li għandu/għandha riżorsi suffiċjenti, biex jiżgura/tiżgura li ma jsirx/issir piż fuq is-sistema tal-benefiċċji soċjali f'Malta. Ir-riżorsi disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE għandhom jitqiesu suffiċjenti jekk ikunu ekwivalenti għall-mezzi minimi li jiddeterminaw l-għoti ta' assistenza soċjali liċ-ċittadini Maltin. L-applikant irid jipprovdi wkoll prova li għandu/għandha kopertura valida u komprensiva ta' assigurazzjoni tal-mard f'Malta.

 

Dokumenti meħtieġa

 

  • L-applikanti jistgħu japplikaw permezz tal- Portal tal-Unità tal-Espatrijati taħt bażi Awtosuffiċjenti
  • Jekk diġà għandek karta ta' residenza Maltija, uża l-istess numru ta' reġistrazzjoni (dak li jispiċċa bl-ittra A)
  • Kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni barrani validu (kopja minn quddiem u minn wara) jew Passaport (paġna tad-dejta bijografika biss)
  • Kopja ta' prova ta' mezzi suffiċjenti pereżempju, kopja tal-pensjoni/bonds ta' sigurtà/ dokument maħruġ mill-Kummissarju għad-Dħul (CFR)/ rendikonti bankarji li jammontaw għal mill-inqas il-mezzi minimi li jiddeterminaw l-għoti ta' assistenza soċjali lil ċittadini Maltin;
  • Kopja tal-assigurazzjoni tas-saħħa komprensiva jew iċ-ċertifikat S1 maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini jew iċ-Ċertifikat ta' Intitolament jekk l-applikant diġà għandu ċ-ċertifikat imsemmi
  • Applikanti biss li qed jirċievu l-Pensjoni tal-Gvern Malti mhumiex meħtieġa jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa komprensiva.

 

  • Dawk li għandhom awtorizzazzjoni biex jirrisjedu f'Malta abbażi tal- iskema mill-Kummissarju tad-Dħul inkluż il-Programm ta' Residenza Permanenti jew Irtirar ta' Malta, l-applikant irid jipprovdi kopja tad-dokument maħruġ mill-Kummissarju tad-Dħul (CFR), flimkien mal-assigurazzjoni tas-saħħa komprensiva jew iċ-ċertifikat S1 maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini jew iċ-Ċertifikat ta' Intitolament jekk l-applikant diġà għandu ċ-ċertifikat imsemmi.

 

  • Dawk li jipprovdu servizzi, mhux fil-forma ta' impjieg, ma' Entità Ospitanti (bħal, Organizzazzjoni Volontarja, kumpanija ta' Internships), iridu jipprovdu dokument alternattiv għal dak li jattesta l-mezzi suffiċjenti tagħhom. Dokument mill-Entità Ospitanti li jikkonferma l-iskop tar-residenza, it-tul tas-soġġorn u l-post tar-residenza. Dan id-dokument irid jikkonferma li dik l-entità se tiżgura li ċ-ċittadin tal-UE ma jsirx piż fuq l-Istat, u li l-bżonnijiet finanzjarji kollha taċ-ċittadin tal-UE, u tal-membri tal-familja tiegħu li qed jingħaqdu miegħu u jakkumpanjawh f'Malta, flimkien mal-assigurazzjoni tas-saħħa komprensiva jew iċ-ċertifikat S1 maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini jew iċ-Ċertifikat ta' Intitolament jekk l-applikant diġà għandu ċ-ċertifikat imsemmi.

 

  • Formola ta' Applikazzjoni J iffirmata b'firma b'linka mxarrba jew Firem Elettroniċi Avvanzati (AES) jew Firem Elettroniċi Kwalifikati (QES)

 

  • Formola tal-GDPR iffirmata b'firma b'linka mxarrba jew Firem Elettroniċi Avvanzati (AES) jew Firem Elettroniċi Kwalifikati (QES)

 

Nota: Kwalunkwe dokument (minbarra S1, A1 jew S072) irid ikun bl-Ingliż jew bil-Malti, inkella jrid jiġi tradott uffiċjalment għall-Ingliż jew għall-Malti minn traduttur verifikat.

 

Jekk jogħġbok innota li l-applikanti li għandhom karta ta' residenza valida jew skaduta għandhom jirritornaw il-karta ta' residenza tagħhom mal-appuntament bijometriku. Jekk il-karta ta' residenza tiegħek tintilef, jeħtieġ li jiġi ppreżentat Rapport tal-Pulizija dwar it-Tilfif maħruġ hawn f'Malta mal-appuntament.

 

Kronoloġija

 

Il-proċess kollu jieħu madwar 30 jum tax-xogħol.

Ibbukkja għaċ-Ċittadini tal-UE

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.