Paġna tas-Sezzjoni Tfittxijiet – Valutazzjoni u Dekontroll tal-Art

Taqsima tar-Riċerki

Id-Dipartiment huwa wkoll responsabbli għall-Ħruġ ta' Ċertifikati ta' Dekontroll bil-għan li jiġi ddeterminat jekk proprjetà partikolari tkunx ġiet dekontrollata fil-passat. Id-dipartiment għandu diversi reġistri li fihom lista ta' indirizzi ta' proprjetajiet li jinsabu f'lokalitajiet differenti mifruxa madwar Malta u Għawdex flimkien ma' referenza għall-fajl li fih l-applikazzjoni tad-dekontroll.

Talba formali tista' ssir permezz tal-portal tat-Taqsima tat-Tfittxijiet: pubsearches.identita@gov.mt. Huwa meħtieġ l-indirizz sħiħ tal-proprjetà.

Il-ħlas taċ-ċertifikat huwa ta' €2.60.