Paġna tas-Sezzjoni tal-Uffiċċju tal-Passaporti – Mistoqsijiet Frekwenti

  Uffiċċju tal-Passaporti

Il-ġenitur residenti barra minn Malta jrid iżur waħda mill-Missjonijiet Maltin barra minn Malta biex jimla formola ta’ kunsens minn uffiċjal awtorizzat tal-MFET.

Il-ġenitur irid imur personalment jippreżenta l-passaport jew il-karta tal-identità oriġinali u valida. L-uffiċjal tal-MFET jimla l-formola tal-kunsens jaġixxi bħala xhud. Għandu jintuża wkoll l-istemma uffiċjali. Il-formola tal-kunsens flimkien ma’ kopja vera approvata tal-passaport inkluż timbru tal-istemma uffiċjali, trid tintbagħat lill-uffiċċju tagħna permezz tal-kont tal-email uffiċjali tal-MFET.

Formola ta' kunsens minn kontijiet tal-email personali mhux se tiġi rikonoxxuta mill-Uffiċċju tal-Passaporti.

Link għall-Missjonijiet Maltin Barra minn Malta u Formola ta' Kunsens tal-Ġenituri: