Taqsima tal-Espatrijati
Ċittadini tal-Unjoni Ewropea
Ċittadini tal-UE m'għandhomx bżonn permess biex jirrisjedu u jaħdmu f'Malta.
L-Ordni tal-2007 dwar il-Moviment Ħieles taċ-Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-Membri tal-Familja tagħhom li tittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 tagħmel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ċittadini tal-UE u taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) dritt, fl-eżerċizzju tal-moviment liberu tagħhom.
Saru emendi għal din l-Ordni permezz tal-Avviż Legali 329 tal-2011 u l-Avviż Legali 107 tal-2012.
Ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea
Iċ-ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għandhom id-dritt li jirrisjedu f'Malta meta jeżerċitaw id-drittijiet tat-trattat tagħhom bħala ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni ekonomikament awtosuffiċjenti, membri tal-familja, eżentati jew studenti. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà pubblika, saħħa pubblika jew jekk isiru piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta' assistenza soċjali ta' Malta.