Ċaħda ta' Responsabbiltà

Ċaħda ta' Responsabbiltà

Identità (“l-Aġenzija”) iżżomm din il-websajt biex ittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-politiki tagħha b'mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk jiġu rrappurtati żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, Identità ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

 

Din l-informazzjoni hija:

  • ta' natura ġenerali biss u mhijiex maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari;
  • mhux bilfors komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata;
  • xi kultant marbuta ma' siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Aġenzija m'għandhom l-ebda kontroll u li għalihom l-Aġenzija ma tassumi l-ebda responsabbiltà;
  • mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat b'mod xieraq).

 

Jekk jogħġbok innota li ma jistax jiġi garantit li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament l-aktar forom u politiki reċenti. L-Aġenzija għandha l-intenzjoni li tippubblika forom u politiki ġodda fuq il-websajt fl-istess ħin li jidħlu fis-seħħ.

 

L-għan tagħna huwa li nimminimizzaw it-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi dejta jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħu nħolqu jew ġew strutturati f'fajls jew formati li mhumiex ħielsa minn żbalji, u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna mhux se jiġi interrott jew affettwat b'xi mod ieħor minn problemi bħal dawn. L-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' problemi bħal dawn imġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe siti esterni marbuta.

 

Din iċ-ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Aġenzija b'kontra ta' kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.