Paġna Sec Taqsima tal-Espatrijati – Ċittadini mhux tal-UE

Taqsima tal-Espatrijati

Dritt għal trattament ugwali

Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi, li jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru, għandhom igawdu sett komuni ta' drittijiet ibbażati fuq trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istati Membri ospitanti.

 

Id-dritt għal trattament ugwali ma jingħatax biss lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi fi Stat Membru abbażi ta' impjieg iżda wkoll lil dawk li ġew ammessi għal skopijiet oħra u li ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru.

 

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom igawdu d-dritt għal trattament ugwali fir-rigward ta':

 

  • Il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga, it-tkeċċija u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  • Il-libertà ta' assoċjazzjoni, l-affiljazzjoni u s-sħubija f'organizzazzjoni li tirrappreżenta jew ħaddiema, impjegaturi jew kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha huma involuti f'okkupazzjoni speċifika;
  • Taħriġ edukattiv u vokazzjonali; Dan it-trattament ugwali għandu japplika biss għal dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma f'impjieg jew li kienu f'impjieg u li huma rreġistrati qiegħda f'Malta.

Dan m'għandux jinkludi:

 

  • Għotjiet ta' studju u manutenzjoni;
  • Self u għotjiet oħra;
  • It-taħriġ edukattiv u vokazzjonali għandu jingħata lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi f'Malta skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.22;
  • Rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikazzjoni u kwalifiki professjonali oħra skont il-leġiżlazzjoni Maltija;
  • Fergħat tas-sigurtà soċjali (kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004);
  • Benefiċċji tat-taxxa (jekk il-ħaddiem jitqies bħala residenti għal skop ta' taxxa fl-Istat Membru kkonċernat);
  • L-aċċess u l-provvista għal oġġetti u servizzi magħmula disponibbli għall-pubbliku, eskluża l-akkomodazzjoni tad-djar;
  • Servizzi ta' konsulenza pprovduti mill-uffiċċji tax-xogħol.

Id-dritt għal trattament ugwali m'għandux jippreġudika d-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew jirrifjuta li jġedded il-permess ta' residenza maħruġ.