Taqsima tar-Riċerki
Għalkemm noti dwar testmenti jinħarġu fi ħdan it-Trasferimenti fit-tfittxijiet Normali u ta' Prijorità, klijent jista' jagħżel li jissottometti tfittxija fuq Testmenti biss bil-għan li jiġi stabbilit jekk individwu kienx għamel xi testment jew jekk l-imsemmi testment huwiex irreġistrat mar-Reġistri Pubbliċi ta' Malta u Għawdex. Din it-tfittxija tinvolvi żewġ tariffi standard: €13.85 jekk il-perjodu ta' żmien mitlub jibda qabel l-1972 jew €10.00 jekk il-perjodu ta' żmien jibda mill-1972 'il quddiem.
Il-klijent li jissottometti xi tfittxija huwa mitlub jipprovdi d-dettalji tiegħu, jiġifieri:
- Numru tal-Karta tal-Identità/Passaport;
- Isem;
- Kunjom;
- Numru ta' kuntatt;
- Indirizz elettroniku;
- Indirizz postali.
Segwit mid-dettalji tal-individwu li qed jiġi mfittex:
- Isem u Kunjom;
- Isem u kunjom il-konjuġi;
- Isem u kunjom il-missier tal-persuna li qed tiġi mfittxija;
- Isem u kunjom l-omm tal-persuna li qed tiġi mfittxija;
- Post tat-twelid.
Fil-każ ta' tfittxija fuq ditta/kumpanija, il-klijent huwa mitlub jipprovdi:
- Isem tal-kumpanija;
- Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija.
Ladarba t-talba tiġi proċessata, jiġi stampat dokument li jkun fih id-dettalji tal-klijent u l-parametri kollha tal-ordni tat-tfittxija. Dan tal-aħħar jiġi mehmuż ma’ tieni dokument li jkun fih id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà tal-ordni tat-tfittxija bil-Malti u bl-Ingliż.
Huwa meħtieġ depożitu li jinkludi l-miżata kollha. It-Tfittxijiet ta' Testmenti jiġu ppubblikati wara l-ħruġ.
Il-proċess għas-sottomissjoni ta' Riċerka ta' Testament Sigriet huwa l-istess bħal dak imsemmi hawn fuq, bl-eċċezzjoni li trid tagħżel Testmenti Sigrieti fil-Pass 2 u mbagħad tkompli billi tipprovdi l-informazzjoni mitluba. Ladarba r-riċerka tiġi sottomessa u l-ħlas isir, din tintbagħat lis-sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Ċivili fi ħdan il-Qrati tal-Ġustizzja fejn tibda tiġi proċessata. Tiġi applikata tariffa standard ta' €15. Kwalunkwe mistoqsija oħra relatata mal-ipproċessar u l-ħruġ ta' dawn ir-riċerki tista' tintbagħat lil: courts.csa@courtservices.mt.