Taqsima tar-Riċerki
Riċerka normali tista' ssir fuq kwalunkwe individwu jew kumpanija u r-riżultati jipprovdu lista ta' noti li jaqblu mal-parametri mitluba fl-applikazzjoni. Il-klijent huwa infurmat li minkejja l-għażla li tillimita r-riċerka, il-mandati kollha u noti oħra tal-qorti xorta jinħarġu jekk jaqblu mal-isem u l-kunjom tal-persuna li qed tiġi mfittxija. Ir-riċerka tista' wkoll tkun limitata għal noti ta' maternità mhux differenti, f'liema każ in-noti li jaqblu biss mal-isem tal-omm jiġu inklużi fir-riżultati. Jekk ir-riċerka ma tkunx limitata għal noti ta' maternità mhux differenti, noti li jirreferu għal omm b'isem jew kunjom ta' omm differenti jiġu elenkati biss fuq il-Paġna Ewlenija b'tariffa ta' €0.95 minflok it-tariffa standard ta' €3.20. Bl-istess mod, wieħed jista' jagħżel li jillimita r-riċerka għal proprjetajiet f'lokalità speċifika, jiġifieri li noti li jirreferu għal proprjetajiet f'lokalitajiet oħra jiġu elenkati fuq il-Paġna Ewlenija bis-sinjal ad/p (proprjetà differenti) ħdejhom u jkollhom ukoll tariffa ta' €0.95. Il-klijent jista' jordna riċerki multipli u jiġborhom flimkien sabiex kwalunkwe nota komuni tinħareġ darba, u b'hekk titnaqqas it-tariffa totali pagabbli. Il-ħlas jinkludi depożitu ta’ €15.85 u €3.20 jew €0.95 għal kull nota. Ir-riċerka tiġi pproċessata u maħruġa fi żmien massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol wara d-data tas-sottomissjoni.
Riċerka Prijoritarja jew Riċerka Mgħaġġla tinħareġ fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol li jibdew mill-għada tad-data tas-sottomissjoni, u tinvolvi ħlas ta' depożitu ta' €31.70 u ħlas għal kull nota ta' €6.40 jew €1.90.