Paġna Sec Taqsima tal-Espatrijati – Ċittadini mhux tal-UE

Taqsima tal-Espatrijati

Dritt għal Trattament Ugwali

Iċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi, li jkunu qed jgħixu u jaħdmu legalment fi Stat Membru, għandhom igawdu minn sett komuni ta' drittijiet ibbażati fuq trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istati Membri ospitanti.

 

Id-dritt għal trattament ugwali mhuwiex mogħti biss lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ddaħħlu fi Stat Membru abbażi ta’ impjieg, iżda wkoll lil dawk li ddaħħlu għal skopijiet oħra u ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru.

 

Ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom igawdu d-dritt għal trattament ugwali fejn jidħol:

 

  • Kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-paga, it-tkeċċija u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  • Libertà ta' assoċjazzjoni, affiljazzjoni u sħubija f'organizzazzjoni li tirrappreżenta jew ħaddiema, min iħaddem jew kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha huma involuti f'okkupazzjoni speċifika;
  • Taħriġ edukattiv u vokazzjonali; Tali trattament ugwali għandu japplika biss għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma impjegati jew kienu impjegati u huma reġistrati bħala qiegħda f’Malta.

Dan m'għandux jinkludi:

 

  • Għotjiet għall-istudju u manteniment;
  • Selfiet u għotjiet oħra;
  • Taħriġ edukattiv u vokazzjonali għandu jingħata lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ddaħħlu f’Malta skont l-Att Sussidjarju 217.22;
  • Rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra skont il-leġiżlazzjoni Maltija;
  • Fergħat tas-sigurtà soċjali (kif definit fir-Regolament (KE) Nru 883/2004);
  • Benefiċċji tat-taxxa (jekk il-ħaddiem jitqies bħala residenti għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat);
  • Aċċess u provvista ta' oġġetti u servizzi magħmula disponibbli għall-pubbliku, eskluża akkomodazzjoni residenzjali;
  • Servizzi ta' pariri pprovduti mill-uffiċċji tax-xogħol.

Id-dritt għal trattament ugwali m’għandux jippreġudika d-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew jirrifjuta li jġedded il-permess ta’ residenza maħruġ.