Taqsima tal-Karta tal-Identità
Tifsira tal-ittra fl-aħħar tan-numru tal-Karta tal-Identità:
- A – applikabbli għal persuni barranin li rċevew Permess ta' Residenza
- B – applikabbli għal persuni Maltin li t-twelid tagħhom ġie rreġistrat bejn l-1800 u l-1899
- G – applikabbli għal persuni Għawdxin li twelidhom ġie rreġistrat bejn l-1900 u l-1999
- H – applikabbli għal persuni Għawdxin li t-twelid tagħhom ġie rreġistrat wara s-sena 2000
- L – applikabbli għal persuni Maltin li t-twelid tagħhom ġie rreġistrat wara s-sena 2000
- M – applikabbli għal persuni Maltin li t-twelid tagħhom ġie rreġistrat bejn l-1900 u l-1999
- P – applikabbli għal ċittadini Maltin imwielda barra minn Malta u li ma jistgħux jipproduċu ċertifikat tat-twelid oriġinali li jistgħu jirreġistraw f'Malta.
- Z – applikabbli għall-persuni Għawdxin li t-twelid tagħhom ġie rreġistrat bejn l-1800 u l-1899
- Il-Karti tal-e-ID maħruġa lil applikanti ta’ 14-il sena jiskadu xahar wara għeluq is-16-il sena tagħhom;
- Il-Karti tal-E-ID maħruġa lil applikanti ta’ 16-il sena jiskadu xahar wara għeluq it-18-il sena tagħhom.
- Il-Karti tal-e-ID l-oħra kollha huma validi għal 10 snin.
Appuntament ibbukkjat minn qabel:
Jekk jogħġbok mur fuq l-iskrivanija tal-akkoljenza u informahom dwar l-appuntament.
Ir-receptionist tikkonferma l-isem fuq il-lista tal-appuntamenti.
- Jekk il-Formola ID10 jew ID10a tkun diġà mimlija, il-formola tal-applikazzjoni tiġi ċċekjata u tiġi direzzjonata lejn Kamra nru 4, għall-iskrivanija tal-appuntamenti.
- Jekk il-Formola tal-applikazzjoni ID10 jew ID10a ma tkunx mimlija, allura din trid timtela fir-reception. Il-formola tal-applikazzjoni tiġi ċċekjata u tiġi direzzjonata lejn Kamra nru 4 għall-iskrivanija tal-appuntamenti.
Għal karti tal-identità mitlufa/misruqa, irid jitressaq rapport tal-pulizija minn Uffiċjal tal-Pulizija preżenti fir-reception.
Il-formola tal-applikazzjoni tiġi ċċekjata u jinġabru l-Bijometriċi li ġejjin:
- Ritratt tal-wiċċ;
- Firma;
- Marki tas-swaba'.
L-applikazzjoni mbagħad tiġi proċessata u l-formoli rilevanti kollha, inklużi l-formoli elettorali, jiġu ffirmati.
Il-karti tal-e-ID jistgħu jinġabru mit-Taqsima tal-Karti tal-Identità wara sitt ijiem ta' xogħol jew miċ-ċentru ta' Servizz.gov indikat fl-istadju tal-applikazzjoni wara għaxart ijiem.
Dħul mingħajr appuntament:
Jekk jogħġbok mur lejn l-iskrivanija tal-akkoljenza.
- Jekk il-Formola ID10 jew ID10a tkun diġà mimlija, il-formola tal-applikazzjoni tiġi ċċekjata. Imbagħad tintalab tipproċedi għal Kamra nru 3 għall-Bijometrija u Kamra nru 4.
- Jekk il-Formola ID10 jew ID10a ma tkunx mimlija, allura din trid timtela fir-reception. Il-formola tal-applikazzjoni tiġi ċċekjata. Imbagħad tintalab tipproċedi għal Kamra nru 3 għall-Bijometrija u Kamra nru 4.
- Jekk tiġi sottomessa formola online, in-numru ta’ referenza jiġi nnotat. Wara l-iffirmar tal-formoli, tintalab tipproċedi għall-Kamra nru 3 għall-Bijometrija u wara għall-Kamra nru 4.
Għal karti tal-e-ID mitlufa/misruqa, irid jitressaq rapport tal-pulizija minn Uffiċjal tal-Pulizija preżenti fir-reception.
Il-formola tal-applikazzjoni tiġi ċċekjata u jinġabru l-Bijometriċi li ġejjin:
- Ritratt tal-wiċċ;
- Firma;
- Marki tas-swaba'.
L-applikazzjoni mbagħad tiġi proċessata u l-formoli rilevanti kollha, inklużi l-formoli elettorali, jiġu ffirmati.
Il-karti tal-e-ID jistgħu jinġabru mit-Taqsima tal-Karti tal-Identità wara sitt ijiem ta' xogħol jew miċ-ċentru ta' Servizz.gov indikat fl-istadju tal-applikazzjoni wara għaxart ijiem.