Paġna ewlenija Taqsima tal-Karta tal-Identità

 Taqsima tal-Karta tal-Identità

Ir-responsabbiltajiet tat-Taqsima tal-Karti tal-Identità (ICU) jaqgħu taħt l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kapitolu 258 tal-Liġijiet ta' Malta), li jistipula li kull ċittadin Malti li għandu aktar minn erbatax-il sena għandu jkollu karta tal-identità valida.

 

It-Taqsima tal-Karti tal-Identità hija responsabbli għall-ħruġ ta' Karti tal-Identità elettroniċi liċ-Ċittadini Maltin u għar-reġistrazzjoni ta' kontijiet e-ID (Virtwali) għall-individwi.