Taqsima tal-Karta tal-Identità
Jekk applikant ma jistax iżur fiżikament it-Taqsima tal-Karti tal-Identità biex japplika għal Karta tal-Identità elettronika, f’każ ta’ mard/vulnerabbiltà/problemi ta’ mobbiltà, l-applikant jew qraba tiegħu jistgħu jissottomettu talba f’ismu għal servizz fid-dar.
Talba tista' ssir billi tibgħat email lil infoeid.identita@gov.mt, billi ċċempel +356 2590 4300 jew billi timla u tissottometti l-Formola ID6 li tinsab hawn. Jistgħu wkoll jattendu personalment fl-uffiċċju u jimlew il-Formola ID6.

Karta tal-Identità
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
agħmel appuntament.
