Taqsima tal-Espatrijati
L-Inizjattiva għall-Impjegati Speċjalizzati (SEI) hija rotta alternattiva għal ċittadini ta' pajjiżi terzi b'ħiliet għolja, li jistgħu ma jkunux eliġibbli għall-Inizjattiva għall-Impjegati Ewlenin, iżda li għandhom il-ħiliet akkademiċi, vokazzjonali jew tekniċi rilevanti f'konformità mal-offerta ta' impjieg tagħhom f'Malta. L-applikazzjonijiet SEI huma sottomessi skont ir-Regolamenti tal-Permess Uniku (S.L. 217.17).
Il-ħin tal-ipproċessar għall-applikazzjonijiet SEI huwa ħmistax (15)-il jum tax-xogħol, li jibda mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Applikazzjoni titqies sottomessa biss meta d-dokumentazzjoni kollha mitluba, kif deskritta fil-lista ta' kontroll rilevanti, tiġi sottomessa.