Taqsima tal-Espatrijati Ħaddiema Trasferiti Intra-Korporattivi – Kundizzjonijiet

Taqsima tal-Espatrijati

Tista' tidħol, tirrisjedi u taħdem f'Malta għal perjodu ta' aktar minn tliet xhur bħala trasferit intra-korporattiv jekk inti maniġer, speċjalista jew impjegat trainee. Id-definizzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta' ammissjoni huma rregolati mil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.21. Jekk tipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa, imsemmija hawn taħt, tingħata permess ta' Trasferit Intra-Korporattiv.

 

Jekk jogħġbok innota li qabel ma tiġi trasferit minn fergħa ta’ kumpanija li tinsab barra mill-UE għal fergħa f’Malta, trid tkun impjegat minn dik il-kumpanija għal perjodu ta’ żmien speċifiku: jekk inti maniġer minn mill-inqas 3 sa 12-il xahar bla interruzzjoni; speċjalista minn mill-inqas 3 sa 12-il xahar bla interruzzjoni; trainee minn mill-inqas 3 sa 6 xhur bla interruzzjoni.

 


L-applikazzjoni għal permess ta' trasferiment intra-korporattiv għandha tiġi sottomessa lil Identità meta tkun qed tgħix barra minn Malta.

 


Il-perjodu ta' validità tal-permess ICT huwa ta' mill-inqas sena jew il-tul tat-trasferiment (liema minnhom ikun l-iqsar) u jista' jiġi estiż għal massimu ta' 3 snin għall-maniġers u l-ispeċjalisti u sena għall-impjegati apprendisti.

 


Identità tista' tirrikjedi perjodu sa sitt xhur biex jgħaddi bejn it-tmiem tad-durata massima ta' trasferiment u applikazzjoni oħra li tikkonċerna l-istess ċittadin ta' pajjiż terz għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti.

 


L-applikanti jistgħu jipproċedu bl-applikazzjoni tagħhom għat-tiġdid tal-permess 90 jum qabel id-data tal-iskadenza tiegħu. Għandu jiġi enfasizzat li t-tiġdid tal-applikazzjonijiet jista' jiġi sottomess biss waqt li l-permess attwali tagħhom ikun għadu validu.

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.