Taqsima tal-Espatrijati
Kundizzjonijiet:
Identità, b'konsultazzjoni mal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, għandha tivverifika li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jippreżentax riskju ta' immigrazzjoni illegali u li huwa bi ħsiebu jitlaq mit-territorju ta' Malta sa mhux aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma kkunsidrati li joħolqu theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika m'għandhomx jiġu ammessi.
Applikazzjoni minn ċittadin ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni ta' riċerka għall-iskop ta' xogħol relatat mar-riċerka titqies abbażi tal-kriterji stabbiliti f'S.L. 217.22.
Awtorizzazzjoni għandha tiġi rrifjutata fejn:
- L-evidenza u/jew id-dokumentazzjoni meħtieġa ma tiġix ippreżentata;
- Id-dokumenti ppreżentati nkisbu b'mod frawdolenti, jew ġew iffalsifikati, jew imbagħbsa;
- L-organizzazzjoni ta’ riċerka mhijiex approvata;
- Hemm evidenza ta' raġunijiet serji u oġġettivi biex jiġi stabbilit li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jirrisjedi għal skopijiet oħra minbarra dawk li għalihom applika biex jiġi ammess;
- Iċ-ċittadin ta' pajjiż terz huwa kkunsidrat li joħloq theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.
Awtorizzazzjoni tista' tiġi rrifjutata fejn:
- L-organizzazzjoni tar-riċerka naqset milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha rigward is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol;
- It-termini tal-impjieg kif previsti fil-liġi jew ftehimiet kollettivi jew prattiċi f'Malta mhumiex sodisfatti mill-organizzazzjoni ta' riċerka li se timpjega liċ-ċittadin ta' pajjiż terz;
- L-organizzazzjoni tar-riċerka ġiet sanzjonata skont il-liġi għal xogħol mhux iddikjarat jew impjieg illegali;
- L-organizzazzjoni ta’ riċerka ġiet stabbilita jew topera għall-iskop ewlieni li tiffaċilita d-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn ir-regolamenti;
- In-negozju tal-organizzazzjoni ta’ riċerka qed jiġi jew ġie likwidat skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kumpaniji jew jekk ma tkunx qed issir attività ekonomika;
- Kwalunkwe kundizzjoni għall-kriterji ta' ammissjoni u rekwiżiti għall-ammissjoni skont S.L. 217.22 ma tkunx sodisfatta.
Noti:
- Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni għandha tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u l-prinċipju ta' proporzjonalità.
- Fejn ċittadin ta' pajjiż terz japplika biex jiġi ammess biex jidħol f'relazzjoni ta' impjieg f'Malta, l-awtoritajiet responsabbli għall-impjieg jistgħu jivverifikaw jekk il-post inkwistjoni jistax jimtela minn ċittadini Maltin jew minn ċittadini oħra tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment f'Malta, f'liema każ, il-Kap Eżekuttiv jista' jirrifjuta l-applikazzjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' preferenza ta' ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat ta' Adeżjoni. Dan irid jiġi deċiż fuq bażi ta' każ b'każ fid-diskrezzjoni tal-Aġenzija wara konsultazzjoni ma' Jobsplus.
