Taqsima tal-Espatrijati
Tiġdid għal dawk li qabel kellhom status ta' Protezzjoni Umanitarja Temporanja u applikanti oħra li jissodisfaw il-kriterji kif elenkati fil-Politika SRA.
Il-formoli li jistgħu jitniżżlu meħtieġa għall-applikazzjonijiet tal-SRA huma Formola H, formola GDPR. Ikklikkja hawn għall-Politika u Lista ta' Kontroll tal-SRA.
Dawn l-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi personalment fl-uffiċċju ta' Identità f'Ħal Far.
Raġunijiet Oħra
Jista' jkun hemm raġunijiet oħra li jistgħu jiġġustifikaw il-ħruġ ta' permess ta' residenza u t-talbiet rilevanti jiġu vvalutati każ b'każ.
Ħlas applikabbli: €50
