Taqsima tal-Espatrijati
Ċittadini ta' pajjiżi terzi li:
- ikunu ilhom jgħixu legalment u kontinwament f'Malta għal perjodu ta' ħames (5) snin jew aktar;
- ikollhom riżorsi stabbli u regolari;
- ikollhom akkomodazzjoni tagħhom stess u;
- jissodisfaw miżuri ta' integrazzjoni (kif deskritt fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.05), jistgħu japplikaw għall-istatus ta' residenza fit-tul. L-istatus ta' residenti fit-tul huwa permanenti u l-permess ta' residenza jinħareġ għal perjodu ta' ħames (5) snin.
Ħlas applikabbli: €500
L-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online, permezz tal-Portal tal-Unità tal-Eżpatriati
Dokumenti tal-ivvjaġġar sottomessi mal-applikazzjonijiet iridu jkollhom validità minima ta' 8 xhur fil-ħin tas-sottomissjoni.
