Taqsima tal-Espatrijati Informazzjoni Utli – Ġbir tal-Karta

Taqsima tal-Espatrijati

Wara l-proċess tal-bijometriċi, Identità tipproċessa l-applikazzjoni. Ladarba l-applikazzjoni tiġi approvata bis-sħiħ, iċ-Ċittadin ta' Pajjiż Terz jirċievi notifika ta' ġbir b'PIN fl-indirizz ipprovdut lil Identità.

 

Ir-riċevituri tal-ittra jistgħu jiġbru l-karta ta' residenza tagħhom mill-uffiċċji ta' Identità fl-Imsida, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn is-07:30 u s-13:00, mal-preżentazzjoni tal-ittra tal-ġbir, l-irċevuta proviżorja, u l-passaport.

 

Mhux meħtieġ appuntament.

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.