Taqsima tal-Espatrijati Informazzjoni Utli – Deċiżjoni Pożittiva

Taqsima tal-Espatrijati

Fejn ir-riżultat tal-proċess dovut ikun pożittiv, Identità toħroġ ittra ta' Approvazzjoni fil-Prinċipju li tiġi rċevuta kemm minn min iħaddem kif ukoll miċ-ċittadin ta' pajjiż terz.

 


Din l-ittra mhijiex sostitut għall-permess ta’ residenza u l-proċess għall-ħruġ tal-permess għadu mhux komplut.

 


L-ittra ta' Approvazzjoni fil-Prinċipju:

 

  • tindika l-perjodu ta' validità tal-istess ittra – dan il-perjodu ma jistax jiġi estiż, u jekk jiskadi, Identità ma tistax tipproċedi bl-applikazzjoni;
  • iservi bħala d-dokument li bih ċittadini ta' pajjiżi terzi li jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn Malta, jistgħu japplikaw fil-missjoni rispettiva tagħhom;
  • tipprovdi linji gwida dwar kif tiffissa appuntament għall-bijometrija permezz tas-sistema ta' prenotazzjoni online;
  • tipprovdi l-lista ta' dokumentazzjoni li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz irid jippreżenta fl-appuntament tal-bijometrija – in-nuqqas li jiġu ppreżentati tali dokumenti jirriżulta f'appuntament annullat.

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.