Taqsima tal-Karta tal-Identità
Apparat li jaqra l-karti biex jinteraġixxi ma' karti tal-identità elettroniċi u karti ta' residenza elettroniċi
Gwida għall-installazzjoni tas-softwer tal-qarrej tal-karta tal-e-ID:
- Niżżel il-Gwida tal-Installazzjoni.
- Niżżel is-softwer meħtieġ biex tinteraġixxi mal-karta tal-identità elettronika għall-Windows.
- Niżżel is-softwer meħtieġ biex tinteraġixxi mal-karta tal-identità elettronika għall-macOS.
- Niżżel il-gwida u s-software meħtieġa biex tinteraġixxi mal-e-ID card għal Linux Ubuntu
Wara installazzjoni b'suċċess, uża dawn il-gwidi għal firem diġitali f'Adobe Reader DC jew għall-iffirmar ta' dokument f'Microsoft Word jekk qed tuża karta tal-identità biex tiffirma dokumenti b'mod diġitali.
Ċaħda ta' Responsabbiltà
Identità mhux se tinżamm responsabbli għal kwalunkwe problema li tirriżulta mill-installazzjoni ta' drivers, software, il-qarrej innifsu jew kunflitti oħra, fuq il-kompjuter tal-utent. Identità ma tistax tipprovdi bl-ebda mod, appoġġ dirett fuq il-post jew barra l-post, fuq hardware u software relatati pprovduti mill-utent. L-utenti qed jiġu avżati biex personalment jimpjegaw professjonist, għall-installazzjoni tas-software u/jew hardware. Identità mhux se tinżamm responsabbli għal kwistjonijiet ta' kompatibbiltà ma' software jew hardware ieħor fuq il-kompjuter tal-utent.
Applikazzjoni għall-Kont tal-e-ID tal-Organizzazzjoni
- Kun żgur li għandek kont tal-e-ID personali attiv.
- Installa s-softwer meħtieġ kif speċifikat fit-taqsima tal-Gwida tal-e-ID Reader f'din il-paġna.
- Nitolbu li tinnota li s-servizz ta' Reġistrazzjoni ta' Organizzazzjoni li qabel kien disponibbli fuq mygov.mt ġie migrat għal https://servizz.gov.mt/.