Taqsima tal-Karta tal-Identità
Imla l-Formola ID10 (taqsima tar-rakkomandant u ritratt tad-daqs tal-passaport iffirmat mill-istess rakkomandant) jekk l-applikant qed japplika għall-ewwel darba. Ir-rakkomandant irid ikun persuna li għandha lawrja universitarja. Il-Formola ID10 tista' tinġabar mit-Taqsima tal-Karti tal-Identità jew titniżżel.
Għal persuni adottati li jitwieldu f'Malta JEW jitwieldu barra mill-pajjiż u adottati minn ġenituri Maltin, li għandhom 18-il sena jew iżgħar għandhom bżonn jissottomettu:
- Ċertifikat tat-Twelid
Għal persuni adottati li jitwieldu barra mill-pajjiż u jiġu adottati minn ġenituri Maltin u li għandhom aktar minn 18-il sena, jissottomettu:
- Ċertifikat tat-Twelid
- Iċ-Ċertifikat taċ-Ċittadinanza maħruġ mill-Aġenzija Komunità Malta

Karta tal-Identità
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
tagħmel appuntament.
