Taqsima tal-Karti tal-Identità Applikant għall-Ewwel Darba – Ċittadinanza

Taqsima tal-Karta tal-Identità

Persuni li kisbu iċ-Ċittadinanza Maltija jistgħu japplikaw għall-Karta tal-Identità.

 

Rekwiżiti għall-Applikazzjoni:

 

  • Ċertifikat ta' Ċittadinanza/Ċittadinanza Doppja maħruġ minn Aġenzija Komunità Malta għal individwi li kisbu Ċittadinanza Maltija;
  • Applikanti mwielda barra minn Malta jew miżżewġin barra minn Malta jeħtieġu jirreġistraw it-twelid jew iż-żwieġ tagħhom mar-Reġistru Pubbliku;
  • Prova ta' indirizz, bħal Kuntratt ta' Kiri jew Kuntratt ta' xiri ta' proprjetà, flimkien ma' kwalunkwe dokument addizzjonali kif meħtieġ;
  • Passaport Malti u barrani;
  • Formola ta' Applikazzjoni ID10 (li trid timtela mill-applikant u iffirmata u ttimbrata minn rakkomandatur f'Paġna 3, Taqsima D-5, li jivverifika l-identità tal-applikant u li ilu jaf lill-applikant għal mill-inqas sentejn) Il-Formola ID10 tista' tinġabar jew titniżżel;
  • Ritratt daqs passaport iffirmat fuq wara mill-istess rakkomandatur;
  • Karta ta' Residenza.

 

Ma japplikaw l-ebda ħlasijiet.

 

Karta tal-Identità

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.

Karta tal-Identità

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.