Uffiċċju tal-Passaporti Passaport Diplomatiku – Adulti 18+

  Uffiċċju tal-Passaporti

Passaport Diplomatiku jinħareġ biss kontra l-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

 

L-applikant Malti eliġibbli jrid jidher personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti u jissottometti d-dokumentazzjoni li ġejja:  

 

  • Formola A mimlija.
  • Formola A trid tiġi approvata mis-Segretarju Permanenti tal-MFET.
  • Voucher tal-ħlas maħruġ mill-MFET.
  • Karta tal-Identità oriġinali u valida.
  • Kopja tal-karta tal-identità, in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara.
  • Jekk l-applikant jirrisjedi barra minn Malta u ma jkollux karta tal-identità Maltija valida, it-Taqsima 7 tal-Formola A trid timtela, tiġi ffirmata u timbru minn persuna li tirrakkomanda u ritratt tal-passaport wieħed approvat minn dik l-istess persuna li tirrakkomanda.
  • Passaport Diplomatiku preċedenti jekk applikabbli.
  • Jekk passaport Diplomatiku preċedenti ntilef waqt li kien għadu validu, huwa meħtieġ rapport oriġinali tal-Pulizija.

F'ċirkostanzi normali, il-passaport ikun lest għall-ġbir wara 4 ijiem tax-xogħol bi ħlas ta' €40 jew billi tiġi ppreżentata l-irċevuta tal-ħlas maħruġa mill-MFET.

 

Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-applikant jiġi nnotifikat. Dan jista’ jikkawża li l-proċess kollu jieħu aktar żmien.

 

Jekk wieħed jew aktar mid-dokumenti meħtieġa ma jiġux sottomessi, il-proċess tal-applikazzjoni jitwaqqaf immedjatament.

 

Jekk il-passaport Diplomatiku jiġi ddikjarat mitluf waqt li jkun għadu validu, tapplika tariffa ta’ €15.

 

L-applikant irid jiġbor il-passaport personalment billi jippreżenta karta tal-identità oriġinali u valida.

 

Mal-ġbir, il-marki tas-swaba' jiġu kkonfermati mill-ġdid.

 

Il-passaport huwa validu għal 5 snin.

Ibbukjar ta' Passaport

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.

Ibbukjar ta' Passaport

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.