Uffiċċju tal-Passaporti Passaport Diplomatiku – Minuri minn 6 sa 9 snin

  Uffiċċju tal-Passaporti

Passaport Diplomatiku jinħareġ biss kontra l-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti tal-MFET.

 

L-applikant Malti eliġibbli għandu jmur personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti, akkumpanjat minn wieħed jew iż-żewġ ġenituri u jissottometti d-dokumentazzjoni li ġejja:

 

  • Formola A mimlija.
  • Formola A trid tiġi approvata mis-Segretarju Permanenti tal-MFET.
  • Voucher tal-ħlas maħruġ mill-MFET.
  • Ritratt tal-passaport wieħed approvat minn rakkomandatur. Ir-rakkomandatur irid ikun ċittadin Malti/UE/Commonwealth bi grad universitarju li ilu jaf lill-minuri jew lill-familja għal sentejn jew aktar.
  • Sezzjoni 6 fuq il-Formola A trid tiġi ffirmata miż-żewġ ġenituri u l-istess rakkomandatur.
  • Sezzjoni 7 fuq il-Formola A trid timtela, tiġi ffirmata u ttimbrata mill-istess rakkomandatur.
  • Il-karti tal-identità validi u oriġinali taż-żewġ ġenituri.
  • Kopja tal-karti tal-identità taż-żewġ ġenituri, in-naħa ta’ quddiem biss.
  • Passaport Diplomatiku preċedenti jekk applikabbli.
  • Jekk passaport Diplomatiku preċedenti ntilef waqt li kien għadu validu, huwa meħtieġ rapport oriġinali tal-Pulizija

F'ċirkostanzi normali, il-passaport ikun lest għall-ġbir wara 4 ijiem tax-xogħol bi ħlas ta' €40 jew billi tiġi ppreżentata l-irċevuta tal-ħlas maħruġa mill-MFET.

 

Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-applikant jiġi nnotifikat. Dan jista’ jikkawża li l-proċess kollu jieħu aktar żmien.

 

Jekk wieħed jew aktar mid-dokumenti meħtieġa ma jiġux sottomessi, il-proċess tal-applikazzjoni jitwaqqaf immedjatament.

 

Jekk il-passaport Diplomatiku jiġi ddikjarat mitluf waqt li jkun għadu validu, tapplika tariffa ta’ €15.

 

Wieħed jew iż-żewġ ġenituri jridu jiġu personalment biex jiġbru l-passaport, jippreżentaw karta tal-identità valida u oriġinali.

 

Il-passaport huwa validu għal sentejn.

Ibbukjar ta' Passaport

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.

Ibbukjar ta' Passaport

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.