Uffiċċju tal-Passaporti
Il-minuri kollha mill-età ta’ 14-il sena sa 15-il sena huma meħtieġa jattendu personalment fl-uffiċċju tagħna peress li jkun hemm bżonn ta’ biometriċi tal-wiċċ diretti. Jiġu rreġistrati wkoll il-marki tas-swaba’ u l-firma. Wieħed mill-ġenituri li jakkumpanja lill-minuri jrid jiġi personalment fl-uffiċċju tagħna jissottometti d-dokumentazzjoni t’hawn taħt.
- Formola A b'Sezzjonijiet 1, 2, 6, 7 u 9 mimlija.
- Sezzjoni 6 fuq il-Formola A trid tiġi ffirmata miż-żewġ ġenituri u r-rakkomandatur. Ir-rakkomandatur irid ikun ċittadin Malti, tal-UE, jew tal-Commonwealth residenti f'Malta, li għandu grad universitarju, u li ilu jaf lill-applikant għal mill-inqas sentejn (2). Ir-rakkomandatur irid juża timbru tal-lastku bħala prova tal-professjoni tiegħu. Fin-nuqqas ta' timbru, irid jiġi pprovdut in-numru tal-warrant jew il-kwalifiki akkademiċi. Il-firem kollha fuq il-Formola ta' Applikazzjoni A jridu jkunu firem oriġinali bil-linka (wet signatures). Firem elettroniċi jew skanjati mhumiex aċċettati taħt l-ebda ċirkostanza, inklużi dawk tar-rakkomandatur. Iż-żewġ ġenituri jridu jkunu preżenti u jiffirmaw quddiem ir-rakkomandatur bl-użu ta' firem bil-linka.
- Sezzjoni 7 fuq il-Formola A mimlija, iffirmata u ttimbrata mill-istess rakkomandatur.
- Sezzjoni 9 trid tiġi ffirmata mill-applikant.
- Karta tal-identità Maltija valida u oriġinali tal-minuri (14+).
- Kopja tal-karta tal-identità tal-minuri, in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara.
- Il-karti tal-identità jew il-passaporti validi u oriġinali taż-żewġ ġenituri.
- Kopja tal-karti tal-identità taż-żewġ ġenituri (quddiem u wara) jew il-paġna tad-data tal-passaport.
- Passaport preċedenti, jekk applikabbli.
- Jekk il-passaport jintilef u jkun għadu validu, għandu jiġi ppreżentat rapport oriġinali tal-pulizija.
Informazzjoni addizzjonali
- F'ċirkostanzi normali, il-passaport ikun lest għall-ġbir wara 4 ijiem tax-xogħol bi ħlas ta' €40. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-applikant jiġi nnotifikat. Dan jista' jikkawża li l-proċess kollu jieħu aktar żmien. Jekk dokument wieħed jew aktar mill-oħrajn meħtieġa ma jiġux sottomessi, il-proċess tal-applikazzjoni jitwaqqaf immedjatament.
- Servizz urġenti huwa wkoll disponibbli bi ħlas ta' €80, fejn il-passaport ikun lest f'4 sigħat tax-xogħol.
- Tiġi applikata tariffa addizzjonali ta' €15 jekk il-passaport jiġi ddikjarat mitluf u jkun għadu validu.
- Wieħed mill-ġenituri jrid jiġi personalment biex jiġbor il-passaport, jippreżenta l-karta tal-identità/passaport oriġinali u validu tiegħu/tagħha.
- Il-minuri għandhom ikunu preżenti wkoll għall-ġbir tad-dokument, billi jippreżentaw il-karta tal-identità oriġinali u valida, peress li l-marki tas-swaba’ jeħtieġu konferma.
- Il-passaport huwa validu għal 5 snin.

Ibbukjar ta' Passaport
Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex
agħmel appuntament.
