Pubbliku Reġistru
Il-Formola V tintuża biex tinbidel l-ortografija jew biex jiżdiedu fonts Maltin u aċċenti Maltin (à è ì ò ù À È Ì Ò Ù) mal-‘isem li bih wieħed irid jissejjaħ’ fuq Att ta’ Twelid.
Biex issir bidla fl-isem, huwa meħtieġ dokument ta' sostenn (Karta tal-Identità Maltija/Passaport Malti/ċertifikat taż-żwieġ) maħruġ qabel l-1 ta' Diċembru 2012, sakemm il-bidla fl-isem ma tkunx ikkunsidrata mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku bħala korrezzjoni minuri għall-isem. Tiġi applikata tariffa ta' €5.
Il-Formola V tista' tiġi sottomessa wkoll f'każijiet fejn persuna tixtieq li isimha jidher bil-karattri dijakritiċi Maltin tal-alfabett Malti. Ma japplikaw l-ebda tariffi.
Il-Formola UU hija rakkomandata għall-konjuġi jew it-tfal ta' applikant li għamel użu mill-Formola TT:
- Biex tuża l-kunjom magħżul minn antenat/konjuġi fil-Formola TT.
- Fejn it-tifel/tifla għadu/għadha ma laħaqx/laħqitx l-età ta' 18-il sena, il-preżentazzjoni tal-Formola UU għandha ssir miż-żewġ ġenituri, jew minn wieħed mill-ġenituri jekk il-ġenitur l-ieħor ikun mejjet, jew, jekk iż-żewġ ġenituri jkunu mejtin, mit-tutur jew kuratur tagħhom.
- Il-Formola trid timtela u tiġi ffirmata quddiem xhud li jrid ikun uffiċjal tar-Reġistru Pubbliku jew membru tal-professjoni legali.
- Miżata ta' €5 hija applikabbli fil-każijiet kollha.
Il-Formola XX hija rakkomandata għall-konjuġi jew tfal ta' applikant li uża l-Formola WW:
- Biex tuża l-kunjom magħżul mill-antenat/konjuġi tagħhom fil-Formola WW.
- Fejn it-tifel/tifla għadu/għadha ma laħaqx/laħqitx l-età ta' 18-il sena, il-preżentazzjoni tal-Formola XX għandha ssir miż-żewġ ġenituri, jew minn wieħed mill-ġenituri jekk l-ieħor ikun mejjet, jew, jekk iż-żewġ ġenituri jkunu mejtin, mit-tutur jew kuratur tagħhom.
- Il-Formola trid timtela u tiġi ffirmata quddiem xhud li jrid ikun uffiċjal tar-Reġistru Pubbliku jew membru tal-professjoni legali.
- Miżata ta' €5 hija applikabbli fil-każijiet kollha.