Taqsima Ċentrali tal-Viża
Wara l-ħruġ ta’ ittra ta’ rifjut mill-awtoritajiet Maltin, meta applikazzjoni għal Viża tiġi rrifjutata, annullata jew revokata, l-applikant għandu d-dritt li jappella fi żmien ħmistax (15)-il jum min-notifika ta’ tali deċiżjoni.
L-appelli għandhom jitressqu quddiem ir-Reġistru tal-Bord Onorevoli bi ħlas ta' €120 għal kull applikazzjoni għal Viża.
L-appell tiegħek jista' jiġi ppreżentat online permezz tal-link li ġej:
https://workflow.gov.mt/eservice/S10736?language=en
L-applikanti jistgħu wkoll jippreżentaw l-appell tagħhom personalment, jew permezz ta' rappreżentant, billi jżuru l-uffiċċji tal-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni fl-indirizz li ġej:
Ir-Reġistratur,
Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni,
15, l-Ewwel Sular, Bini City Gate,
Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta
Huwa importanti li meta tiġi ppreżentata l-appell, tiġi mehmuża kopja tal-ittra ta' rifjut, kif ukoll kwalunkwe dokument li l-applikant jista' jqis rilevanti.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni fuq: visa.appeals@gov.mt jew immigrationappealsboard@gov.mt.
