Unità Ċentrali tal-Viżi Applikazzjoni għal Viża – Każijiet Eċċezzjonali

Taqsima Ċentrali tal-Viża

F'ċerti każijiet, il-perjodu ta' validità ta' viża jista' jiġi estiż, filwaqt li f'ċerti ċirkostanzi, il-viża tista' wkoll tiġi annullata jew revokata.

 

Applikanti li ġew irrifjutati jew li l-viża tagħhom ġiet annullata jew revokata, għandhom id-dritt li jappellaw kontra tali deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni fi żmien ħmistax (15)-il jum min-notifika ta' tali deċiżjoni. Kwalunkwe komunikazzjoni lill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni għandha tiġi indirizzata lil:

 

Is-Segretarju,

Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni,

9/10; 13/14;,

Bieb il-Belt,

Triq l-Ordinanza,

Valletta.

 

L-applikanti jridu jissottomettu lill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni fi żmien 15-il jum, kopja tal-ittra ta' rifjut u dokumenti oħra ta' sostenn li jiġġustifikaw ir-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta. Dawn id-dokumenti jridu jkunu kopji veri ċċertifikati tal-oriġinal minn avukat jew nutar.

 

L-appell għandu jintbagħat b'posta reġistrata u b'email lil visa.appeals.identita@gov.mt; immigrationappealsboard@gov.mt.

 

Sussegwentement, il-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni jinnotifika lill-persuna li tkun ressqet l-appell u lill-Unità Ċentrali tal-Viżi bid-deċiżjoni tiegħu.

Ibbukkjar tal-Viża

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.

Riżorsi:

Ibbukkjar tal-Viża

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.