Sistema ta' Dħul Ħruġ

Taqsima tal-Espatrijati

Introduzzjoni tas-Sistema ta' Dħul-Ħruġ tal-UE (EES)

 

L-Unjoni Ewropea qed tintroduċi s-Sistema ta' Dħul-Ħruġ (EES) bħala waħda mill-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni biex jinkisbu livelli ogħla ta' sigurtà madwar l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-prevenzjoni tal-kriminalità transkonfinali u t-terroriżmu.

 

Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar is-Sistema ta' Dħul-Ħruġ, ikklikkja hawn.

 

Impatt fuq Detenturi ta' Status ta' Benefiċjarju tal-Ftehim ta' Rtirar

 

Sabiex jitnaqqas l-impatt fuq iċ-ċittadini tar-Renju Unit u l-membri tal-familja tagħhom, li huma benefiċjarji tal-Ftehim ta' Rtirar, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat sett ta' linji gwida li jistgħu jinstabu hawn.

 

Dawk iċ-ċittadini tar-Renju Unit u l-membri tal-familja tagħhom, li jista' jkollhom id-dritt għal status ta' benefiċjarju f'Malta, skont il-Ftehim ta' Irtirar bejn l-UE u r-Renju Unit, u li għadhom m'għandhomx Dokument ta' Residenza validu, huma mistiedna jibagħtu l-mistoqsijiet tagħhom bil-miktub lil brexit.identita@gov.mt. Fil-mistoqsija tiegħek, jekk jogħġbok inkludi ismek u kunjomok kif jidhru fuq il-passaport, in-numru tal-passaport tiegħek u n-numru tad-dokument ta' residenza tiegħek jekk qatt kellek dokument bħal dan.

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.