Taqsima tal-Espatrijati
L-Inizjattiva għall-Impjiegi Ewlenin (KEI) toffri proċedura mgħaġġla għall-proċedura tal-permess uniku lil ċittadini ta' pajjiżi terzi b'ħiliet għolja.
Il-ħin mistenni għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-KEI huwa ta' ħamest (5) ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Applikazzjoni titqies sottomessa biss ladarba d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa skont il-lista ta' kontroll applikabbli tkun ġiet sottomessa online.