Taqsima tal-Espatrijati
Identità, b'konsultazzjoni mal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, għandha tivverifika li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jippreżentax riskju ta' immigrazzjoni illegali u li huwa bi ħsiebu jitlaq mit-territorju ta' Malta sa mhux aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma kkunsidrati li joħolqu theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika m'għandhomx jiġu ammessi.
Applikazzjoni minn ċittadin ta' pajjiż terz għall-iskop ta' xogħol staġjonali titqies inammissibbli jew tiġi miċħuda abbażi ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq tax-xogħol.
Il-perjodu massimu ta' soġġorn għall-ħaddiema staġjonali m'għandux jaqbeż id-disa' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' tnax-il xahar. Wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandu jħalli t-territorju ta' Malta, sakemm ma jkunx inħareġ permess ta' residenza skont il-liġi nazzjonali għal skopijiet oħra għajr xogħol staġjonali.
Jekk tixtieq tapplika għal ammissjoni għal impjieg bħala ħaddiem staġjonali għal soġġorni li ma jaqbżux id-disgħin jum, trid tapplika għal liċenzja tax-xogħol ma' Jobsplus. Jekk teħtieġ informazzjoni dwar il-proċess biex tikseb liċenzja tax-xogħol bħala ħaddiem staġjonali, inti ġentilment mitlub tikkuntattja l-Unità tal-Liċenzji tal-Impjieg Jobsplus (gov.mt).
