Unità tal-Espatrijati Ħaddiema Staġjonali – Dokumenti Meħtieġa

Taqsima tal-Espatrijati


  • kuntratt validu ta' impjieg, jew offerta ta' xogħol vinkolanti biex jaħdem bħala ħaddiem staġjonali f'Malta ma' min iħaddem li jispeċifika:


    1. il-post u t-tip ta' xogħol;

    2. it-tul tal-impjieg;

    3. ir-remunerazzjoni;

    4. is-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa jew fix-xahar;

    5. l-ammont ta' kwalunkwe leave imħallas;

    6. fejn applikabbli kundizzjonijiet oħra rilevanti tax-xogħol;

    7. jekk possibbli, id-data tal-bidu tal-impjieg



  • prova li għandek, jew li applikajt għal, assigurazzjoni tal-mard għar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini Maltin għal perjodi fejn ma tiġix ipprovduta kopertura ta' assigurazzjoni bħal din u dritt korrispondenti għall-benefiċċji b'konnessjoni ma', jew bħala riżultat tax-xogħol imwettaq f'Malta;

  • prova li l-ħaddiem staġjonali se jkollu akkomodazzjoni adegwata jew li se tiġi pprovduta akkomodazzjoni adegwata;

  • prova ta' riżorsi suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu u ma jkollux bżonn jirrikorri għas-sistemi ta' assistenza soċjali;

  • f'każijiet fejn il-kuntratt ta' impjieg jew offerta ta' xogħol vinkolanti tispeċifika li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz se jeżerċita professjoni regolata, kif definita fir-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, l-applikant irid jippreżenta dokumentazzjoni li tiċċertifika li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' dik il-professjoni regolata;

  • dokument tal-ivvjaġġar validu, il-perjodu ta' validità għandu jaqbeż it-tul ta' żmien intenzjonat ta' soġġorn b'massimu ta' tliet xhur;

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.