Taqsima tal-Espatrijati
Identità tinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub mhux aktar tard minn disgħin jum mid-data li fiha ġiet sottomessa l-applikazzjoni kompluta.
Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni pprovduta b'appoġġ għall-applikazzjoni tkun inkompleta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant, fi żmien raġonevoli, bl-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u jistabbilixxu skadenza raġonevoli għall-provvista tagħha.
Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni għall-iskop ta' xogħol staġjonali għandhom jingħataw bil-miktub kemm lill-ħaddiem staġjonali kif ukoll lill-impjegatur.
Appell mid-deċiżjoni ta' Identità jista' jitressaq quddiem il-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tad-deċiżjoni tal-Aġenzija.
