Unità tal-Espatrijati Ħaddiema Staġjonali – Drittijiet

Taqsima tal-Espatrijati

Ħaddiema staġjonali għandhom ikunu intitolati għal trattament ugwali ma' ċittadini Maltin mill-inqas fir-rigward ta':

 

  • termini ta' impjieg, inkluża l-età minima tax-xogħol, u kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u t-tkeċċija, il-ħinijiet tax-xogħol, il-leave u l-vaganzi, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  • id-dritt li wieħed jistrajkja u jieħu azzjoni industrijali, skont l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, u l-libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija f’organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-ħaddiema jew fi kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija minn tali organizzazzjonijiet, inkluż id-dritt li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;
  • pagamenti b'lura li jridu jsiru mill-impjegaturi, dwar kwalunkwe remunerazzjoni pendenti liċ-ċittadin ta' pajjiż terz;
  • fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004: B'kondizzjoni li l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad huma esklużi, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija mir-Regolament (UE) Nru 1231/2010;
  • aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta' oġġetti u servizzi magħmula disponibbli għall-pubbliku, ħlief akkomodazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-kuntratt skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali;
  • servizzi ta' pariri dwar xogħol staġjonali mogħtija għall-iskopijiet ta' impjieg fit-tul minn Jobsplus;
  • edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali: Bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tkun direttament marbuta mal-attività speċifika ta’ impjieg u teskludi boroż ta’ studju u għajnuniet għall-manteniment u self jew għajnuniet u self ieħor;
  • rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra skont ir-Regolamenti dwar il-Kundizzjonijiet tad-Dħul u r-Residenza ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi għall-iskop ta' Impjieg Kwalifikat Għoli;
  • benefiċċji tat-taxxa, safejn il-ħaddiem staġjonali jitqies bħala residenti għall-finijiet tat-taxxa f'Malta: Iżda l-benefiċċji tat-taxxa għandhom ikunu limitati għal każijiet fejn il-post ta' residenza reġistrat jew tas-soltu tal-membri tal-familja tal-ħaddiem staġjonali, li għalihom huwa jitlob benefiċċji, ikun fit-territorju ta' Malta.

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna “Ibbukkja Issa” biex tagħmel appuntament.