Unità għall-Espatrijati Ċittadini Mhux tal-UE – Terminazzjoni

Taqsima tal-Espatrijati

Il-validità tal-Permess ta’ Residenza tiddependi fuq il-kundizzjonijiet fiż-żmien tal-ħruġ oriġinali tal-permess, inkluż l-impjieg speċifiku mwettaq u min iħaddem. L-istess permess mhuwiex validu għal impjieg ma’ min iħaddem differenti jew f’pożizzjoni/denominazzjoni differenti.

 

Fil-każ ta' terminazzjoni ta' impjieg, min iħaddem li applika għall-Permess ta' Residenza speċifiku:

 

  • huwa obbligat bil-liġi li jissottometti Formola ta' Terminazzjoni lil Jobsplus fi żmien erbat (4) ijiem mid-data tat-terminazzjoni (skont l-Avviż Legali 110 tal-1993 u l-Att Nru. XXVII Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ (Emenda), u l-Avviż Legali 226 tal-2016);
  • għandu jinforma lill-Unità tal-Espatrijati f'Identità fi żmien erbat (4) ijiem mid-data tat-terminazzjoni jew permezz ta':