Unità tal-Espatrijati Ċittadini Mhux tal-UE – Pass tal-Ħiliet fit-Turiżmu u l-Ospitalità

Taqsima tal-Espatrijati

Applikanti għal Permess Uniku li qed ifittxu li jaħdmu fl-Industrija tat-Turiżmu u l-Ospitalità

 

Mit-28 ta’ Mejju, l-applikanti għal Permess Uniku biex jaħdmu fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità jridu jippreżentaw Skills Pass maħruġ mill-Istitut Malti għall-Istudji Turistiċi, bħala parti mid-dokumentazzjoni ta’ sostenn mal-applikazzjoni tagħhom.

 

L-applikanti li jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom waqt li jkunu għadhom barra minn Malta (barra ż-żona Schengen) iridu jlestu l-Fażi 1 tal-Skills Pass qabel ma jibdew il-proċess tal-applikazzjoni tagħhom ma' Identita u jissottomettu dan flimkien mad-dokumentazzjoni l-oħra meħtieġa. Ladarba Identita tipproċessa l-applikazzjoni u toħroġ l-ittra ta' Approvazzjoni fil-Prinċipju, l-applikant irid jlesti l-Fażi 2 u jikseb il-Skills Pass sħiħ qabel ma japplika għal viża tad-dħul (fejn applikabbli) u jipproċedi lejn Malta biex jiffinalizza l-applikazzjoni għall-permess uniku.

 


L-applikanti ġodda għal Permess Uniku għandhom jippreżentaw l-Skills Pass fl-istadju tal-applikazzjoni, filwaqt li l-applikanti li qed ibiddlu l-impjieg tagħhom minn industrija mhux tal-ospitalità għal pożizzjoni fl-industrija tal-ospitalità, kif ukoll dawk li japplikaw għal bidla fid-deżinjazzjoni tagħhom fl-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu, għandhom jippreżentaw l-Skills Pass tagħhom matul il-proċess tal-applikazzjoni.

 

Għal aktar informazzjoni, tista' żżur https://skillspass.org.mt .

Ibbukkjar ta' Ċittadini mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna "Book Now" biex tagħmel appuntament.