Taqsima tal-Espatrijati
Persuni li jikkwalifikaw skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.06 jinħarġilhom permess ta' residenza għall-iskop ta' riunifikazzjoni tal-familja mal-isponsor, li diġà nħarġulu permess ta' residenza f'Malta. Din il-leġiżlazzjoni tista' tinstab fuq https://legislation.mt/eli/sl/217.6/eng/pdf.
Fil-każ ta' dawk il-membri tal-familja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-imsemmija leġiżlazzjoni, jistgħu jingħataw permess ta' residenza biex jgħixu f'Malta jekk jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-politika relatata mal-membri tal-familja. Il-politika tal-membri tal-familja tista' tiġi aċċessata permezz tal-link li ġejja.
L-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online, permezz tal-Portal tal-Unità tal-Eżpatriati
Dokumenti tal-ivvjaġġar sottomessi mal-applikazzjonijiet iridu jkollhom validità minima ta' 8 xhur fil-ħin tas-sottomissjoni.