Unità tal-Espatrijati Permessi Mhux ta' Impjieg – Dokumenti Ġodda Meħtieġa

Taqsima tal-Espatrijati

Polza tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa: Mill-1 ta' Awwissu 2024, skont ir-Regolamenti dwar il-Kura tas-Saħħa (Tariffi) – Leġiżlazzjoni Sussidjarja 35.28 tal-Liġijiet ta' Malta, daħlu fis-seħħ rekwiżiti ġodda dwar il-kura tas-saħħa għall-applikazzjonijiet kollha.

 

Applikanti li japplikaw taħt ir-Regolamenti u l-Politika għall-Membri tal-Familja, Studju*, Temporanju u Tfittxija ta' Xogħol, se jkunu meħtieġa li jikkonformaw ma' dawn ir-regolamenti.

 

Rekwiżit Ġdid: Polza ta' assigurazzjoni tas-saħħa b'kopertura minima ta' €100,000, li tipprovdi trattament mediku, inklużi pazjenti esterni u kopertura ta' sptar f'Malta u, jekk meħtieġ, f'pajjiżi Ewropej oħra.

 


Il-polza tal-assigurazzjoni għandu jkollha validità li tkopri l-perjodu kollu ta' soġġorn f'Malta.

 

*Studenti li qed isegwu kors ta’ studju mal-Università ta’ Malta, il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija jew l-Istitut tal-Istudji Turistiċi huma eżenti minn dan ir-rekwiżit.

 

Formola ta' Attestazzjoni tal-Ftehim tal-Kiri (Link) - Li trid timtela u tiġi ffirmata mis-sid u wkoll timtela u tiġi ttimbrata uffiċjalment minn avukat/nutar/prokuratur legali.

 

Dikjarazzjoni ta' Akkomodazzjoni (Link) - Għandha tiġi ppreżentata mimlija u ffirmata mill-individwu li joffri akkomodazzjoni mingħajr ħlas.

 

Dan japplika għat-tipi kollha ta' applikazzjonijiet.

Ibbukkjar għal Ċittadini Mhux tal-UE

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

agħmel appuntament.