Taqsima tal-Espatrijati
Din l-applikazzjoni hija maħsuba għal Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li jinsabu f'relazzjoni de facto ma' Ċittadin Malti. Applikanti li jipprovdu evidenza ta' relazzjoni stabbli huma eliġibbli biex japplikaw għal dan l-istatus. L-evidenza tista' tinkludi:
- Kontijiet tad-dawl u l-ilma;
- Ftehimiet ta' Kiri u/jew Ftehimiet ta' Xiri;
- Rendikonti bankarji (li juru transazzjonijiet bejn kontijiet jew prova ta' kont/i bankarju/i konġunt/i);
- Biljetti tat-titjira;
- Ritratti bid-data;
- Affidavits ġuramentati minn membri tal-familja li jistgħu jixhdu r-relazzjoni fit-tul;
- Dokumenti oħra bħala evidenza kif jistgħu jintalbu minn Identità.
Identità tirriżerva d-dritt li twettaq intervisti kif meħtieġ biex tipprova u/jew tinvestiga l-veraċità tal-istatus ta' sħubija tal-koppja.
Imsieħba ta' Nazzjonali Maltin huma awtorizzati jaċċessaw impjieg sakemm jiksbu liċenzja ta' Jobsplus.
L-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online, permezz tal-Portal tal-Unità tal-Eżpatriati
