Unità għall-Espatrijati Dereġistrazzjoni tal-Proprjetà – Mistoqsijiet Frekwenti

Taqsima tal-Espatrijati

Skont l-Att dwar il-Karti tal-Identità u Dokumenti Oħra tal-Identità, Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta, kull resident f'Malta huwa obbligat li jipprovdi l-post ewlieni ta' residenza lill-awtorità pertinenti, li l-indirizz tiegħu jidher fuq id-dokument tal-identità jew tar-residenza. L-indirizz tal-post ewlieni ta' residenza jista' jintuża biss jekk l-individwu jkollu titolu validu għall-proprjetà permezz ta' sjieda jew jekk ikun daħal fi ftehim ta' kera uffiċjali u reġistrat mas-sid ta' tali proprjetà jew bil-kunsens tas-sid leġittimu tal-post residenzjali.

Skont l-Att dwar il-Kiri Residenzjali Privat, Kap. 604 tal-Liġijiet ta' Malta, il-kuntratti kollha ta' kiri residenzjali privat li jidħlu fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tal-Att, inklużi t-tiġdid, iridu jiġu reġistrati mal-Awtorità tad-Djar. Huwa l-obbligu tal-kerrej li jissottometti tali reġistrazzjoni, inkluża d-dokumentazzjoni uffiċjali meħtieġa, fi żmien għaxart (10) ijiem mill-bidu ta' tali kiri. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir permezz ta': https://portal.rentregistration.mt/.

F'sitwazzjonijiet fejn l-indirizz indikat fuq id-dokument tal-identità jew tar-residenza jappartjeni għal proprjetà li hija mikrija, lokata, jew ipprovduta għal użu temporanju mingħajr ħlas, is-sid jew il-proprjetarju ta' dik il-proprjetà ma jkunx jista' jiddisponi jew juża l-proprjetà sakemm l-indirizz ma jiġix dereġistrat u ma jibqax okkupat.