Taqsima tal-Espatrijati – Diżreġistrazzjoni tal-Proprjetà

Taqsima tal-Espatrijati

Sidien ta' proprjetà li jkunu krew jew qegħdin jikru proprjetà lil parti terza, kemm jekk hu ċittadin Malti, ċittadin tal-UE jew ċittadin mhux tal-UE (ċittadin ta' pajjiż terz), li jkun temm il-kirja bi ftehim reċiproku jew ikun ħalla l-post u m'għadux jgħix hemm, għandhom jimlew u jissottomettu Formola ta' Diżreġistrazzjoni ta' Indirizz (LINK), billi jipprovdu d-dettalji ta' kull taqsima tal-formola kif ukoll id-dokumentazzjoni li takkumpanjaha elenkata fit-Taqsima 5 tal-istess formola, kif applikabbli.

 

F'każijiet fejn sid ta' proprjetà jew jibda jirċievi posta indirizzata lil individwi li m'għadhomx jgħixu hemm jew li mhumiex magħrufa mis-sid u qatt ma kienu awtorizzati jgħixu fil-post, irid jirreġistra rapport tal-Pulizija u jiżgura li l-indirizz jiġi meħlus mill-individwu mhux awtorizzat billi jimla u jissottometti Formola ta' De-Reġistrazzjoni ta' Indirizz (LINK), jipprovdi d-dettalji meħtieġa u jissottometti d-dokumentazzjoni li takkumpanjaha elenkata fit-Taqsima 5 tal-istess formola, kif applikabbli.

 

Fejn il-persuna li qed tuża l-indirizz mingħajr awtorizzazzjoni hija ċittadin Malti, il-formola għandha tintbagħat lill-Unità tal-Karti tal-Identità, Gattard House Blata l-Bajda.

 

Fil-każ li l-persuna li qed tuża l-indirizz mingħajr awtorizzazzjoni hija ċittadin mhux Malti, is-sid irid jibgħat email lil landlords.identita@gov.mt, u jissottometti l-Formola ta' De-Reġistrazzjoni flimkien mad-dokumenti rilevanti lill-Unità ta' Konformità f'Identità, Triq il-Wied, l-Imsida.

 

Dettalji ta' Kuntatt:

 

Unità ta' Konformità: landlords.identita@gov.mt

 

Unità tal-Kards tal-Identità: idcu.change.identita@gov.mt