Unità tal-Karti tal-Identità Tibdil fid-Dettalji – Karta tal-e-ID Mitlufa jew Misruqa

Taqsima tal-Karta tal-Identità

Mitlufa Barra minn Malta:

 

  • Jekk jogħġbok agħmel rapport lill-Pulizija. Huwa importanti li l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-Karta tal-Identità jkunu enfasizzati. Rapport tal-Pulizija jista' jsir ukoll f'Malta.

Mitlufa f'Malta:

 

  • Jekk jogħġbok agħmel rapport lill-Pulizija jew fi Stazzjon tal-Pulizija lokali jew fit-Taqsima tal-Karti tal-Identità mingħajr ħlas.

Fiż-żewġ każijiet, wara r-rapport tal-Pulizija, trid tiġi sottomessa applikazzjoni billi timtela l- Formola ID10a biex tinħareġ karta tal-identità ġdida bħala sostituzzjoni. Il-Formola ID9 tingħata lill-applikant bħala Karta tal-Identità temporanja sakemm tinħareġ il-karta tal-identità l-ġdida. Din il-formola trid tiġi rritornata jew lill-operatur tal-Malta Post mal-kunsinna jew lill-uffiċjal tal-Ġbir fit-Taqsima, jekk tinġabar mit-Taqsima tal-Karti tal-Identità. Trid titħallas tariffa ta' €22.00.

 

NOTA: Fil-każ li tinħareġ Karta tal-Identità elettronika (e-ID Card) ġdida biex tissostitwixxi e-ID Card mitlufa jew misruqa, xorta tapplika tariffa ta' €22. 

 

NOTA: Fil-każ li tinstab l-e-ID Card mitlufa/misruqa, jekk jogħġbok irritornaha lill-eqreb Għassa tal-Pulizija, ibgħatha bil-posta jew għaddiha personalment lit-Taqsima tal-Karti tal-Identità.

Karta tal-Identità

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

tagħmel appuntament.

Karta tal-Identità

Agħfas il-buttuna "Ibbukja issa" biex

tagħmel appuntament.