Iġbor il-Karta tal-Identità l-ġdida tiegħek – b'mod sigur, malajr, u eqreb lejn darek

Bħala parti mill-isforz strateġiku tagħna biex inressqu s-servizzi tagħna eqreb lejn il-komunitajiet u nkomplu nsaħħu l-konformità u l-governanza, Identità, b'kollaborazzjoni ma' Servizz.gov, qed tintroduċi servizz ġdid ta' ġbir għad-detenturi tal-Karta tal-Identità Maltija.
Applikanti Maltin li japplikaw għal karta tal-identità ġdida se jingħataw l-għażla li jiġbru d-dokument il-ġdid tagħhom mill-eqreb ċentru ta' Servizz.gov. Servizz.gov għandu total ta' 22 ċentru f'Malta, u kull ċentru jaqdi numru ta' lokalitajiet assenjati.
Din il-kollaborazzjoni ma' Servizz.gov qed tiġi offruta bħala parti minn sforzi kontinwi biex inressqu s-servizzi tagħna relatati mal-identità eqreb lejn il-klijenti tagħna fil-komunitajiet lokali. L-applikanti jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità l-qadima tagħhom meta jiġbru l-ġdida, jew il-formola ID9 jew ID5 fil-każ ta' applikanti ġodda jew jekk il-karta tal-identità tkun intilfet, rispettivament.
Lista ta' Ċentri ta' Servizz.gov b'Lokalitajiet Assenjati tista' tiġi aċċessata minn hawn.