Pubbliku Reġistru
Online: https://notifications.identita.gov.mt
Bil-Posta billi tibgħat email fuq: localnotifications.pubreg.identita@gov.mt
Żjara lir-Reġistru Pubbliku: In-notifika ta' mewt tista' ssir billi żżur l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta' Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, jew fil-Bini Onda, Triq Aldo Moro, Marsa fil-każ ta' mewt f'Malta u r-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex, Triq George Borg Olivier, Victoria, jekk il-mewt tkun seħħet f'Għawdex. L-istaff tar-Reġistru Pubbliku jgħin lin-notifikatur jimla l-‘Formola ta' Dikjarazzjoni ta' Notifika ta' Mewt’.
Proċedura:
Id-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiġi nnotifikata mewt tinkludi:
- Ċertifikat tal-Mewt u l-Kawża Tagħha DH35 maħruġ mit-tabib li jiċċertifika l-mewt;
- Il-Karta tal-Identità tal-persuna mejta;
- Il-Karta tal-Identità tal-persuna li tinnotifika.
Jistgħu jkunu meħtieġa dokumentazzjoni oħra, skont l-istat ċivili tal-persuna mejta.
Ladarba jiġi rreġistrat l-Att tal-Mewt, in-notifikatur jiġi infurmat permezz ta' SMS jew email. Iċ-Ċertifikat tal-Mewt jista' mbagħad jiġi ordnat mill-websajt tar-Reġistru Pubbliku www.certifikati.gov.mt.
Ir-Reġistru Pubbliku jeħtieġ dokumenti oriġinali għall-finijiet ta' reġistrazzjoni. Dokumenti ppreżentati lir-Reġistru Pubbliku jinżammu b'mod indefinit fl-arkivji tiegħu. Dokumenti pubbliċi li mhumiex bil-lingwa Ingliża jridu jiġu tradotti bil-Malti jew bl-Ingliż. F'każijiet fejn qasam wieħed jew diversi oqsma huma f'lingwa oħra għajr il-lingwa Ingliża jew Maltija, hija meħtieġa traduzzjoni ta' dawn l-oqsma għall-ipproċessar tad-dokument. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-LINK li ġej - Politika għar-rikonoxximent ta' dokumenti pubbliċi barranin minn Identità.
