Paġna Ewlenija tar-Reġistru Pubbliku

Pubbliku Reġistru

Ir-responsabbiltajiet tar-Reġistru Pubbliku joriġinaw mill-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku (Kap. 56), l-Att dwar iż-Żwieġ (Kap. 255), l-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili (Kap. 530), u l-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) (Artikoli 1 sa 306).

L-Artikolu 238(1) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16 tal-Liġijiet ta’ Malta) jirrikjedi li; “Fl-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Malta u f’Għawdex, għandhom jinżammu ħames kotba tar-reġistru: wieħed għar-reġistrazzjoni tal-atti tat-twelid, wieħed għar-reġistrazzjoni tal-atti taż-żwieġ, ieħor għar-reġistrazzjoni tal-unjonijiet ċivili, ieħor għar-reġistrazzjoni tal-atti tal-mewt, u l-ħames għar-reġistrazzjoni tal-atti tal-koabitazzjoni.”

Ir-Reġistru Pubbliku twaqqaf fit-3 ta' Awwissu 1889, iżda r-rekords tiegħu jmorru lura għall-1863. Rekords miżmuma fir-Reġistru Pubbliku jinkludu atti ta' twelid, żwieġ, unjoni ċivili, mewt, u reġistrazzjonijiet ta' adozzjoni.

Id-dokumenti kollha ppreżentati jinżammu u jiġu ppreservati b'mod indefinit fl-Arkivji tar-Reġistru Pubbliku.