Pubbliku Reġistru
Meta jseħħ il-mewt ta’ ċittadin Malti barra minn Malta, ir-reġistrazzjoni tal-mewt tiġi sottomessa permezz ta’ waħda mill-Missjonijiet ta’ Malta, jew direttament lill-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta f’Onda Building, Marsa jew ir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq George Borg Olivier, Victoria, Għawdex. Huwa meħtieġ ċertifikat tal-mewt oriġinali maħruġ mill-awtorità kompetenti barranija u konferma taċ-ċittadinanza. Aktar informazzjoni dwar in-notifiki tal-mewt tista’ tinkiseb hawn link.
Ir-Reġistru Pubbliku jeħtieġ dokumenti oriġinali għall-finijiet ta' reġistrazzjoni. Dokumenti ppreżentati lir-Reġistru Pubbliku jinżammu b'mod indefinit fl-arkivji tiegħu. Dokumenti pubbliċi li mhumiex bil-lingwa Ingliża jridu jiġu tradotti bil-Malti jew bl-Ingliż. F'każijiet fejn qasam wieħed jew diversi oqsma huma f'lingwa oħra għajr il-lingwa Ingliża jew Maltija, hija meħtieġa traduzzjoni ta' dawn l-oqsma għall-ipproċessar tad-dokument. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-LINK li ġej.
Persuni li jixtiequ jagħmlu notifika ta' status ċivili fl-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku, il-Marsa, huma mitluba jibbukkjaw appuntament billi jikklikkjaw fuq il-Link li ġejja.
