Notifiki Lokali u Barranin tar-Reġistru Pubbliku – Notifiki Lokali ta' Twelid

Pubbliku Reġistru

Online: https://pubreg.identita.gov.mt

 

Bil-Posta billi tibgħat email fuq: localnotifications.pubreg.identita@gov.mt għal Malta u localnotificationsgozo.pubreg@gov.mt għal Għawdex.

 

Żjara lir-Reġistru Pubbliku: In-notifika ta' twelid tista' ssir billi żżur l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta' Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, jew fil-Bini Onda, Triq Aldo Moro, Marsa fil-każ ta' twelid f'Malta u r-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex, Sular 1, Tower Building, Triq Fortunato Mizzi, Victoria, jekk it-twelid ikun seħħ f'Għawdex. L-istaff tar-Reġistru Pubbliku jgħin lill-ġenitur/i jimla l-‘Formola ta' Dikjarazzjoni ta' Notifika ta' Twelid’.

 

Il-ġenitur/i ta' wild imwieled f'Malta huwa/huma obbligat/i jinnotifika/w t-twelid fi żmien ħmistax (15) il-jum mit-twelid.

 

Ladarba jiġi rreġistrat l-Att tat-Twelid, il-ġenitur/i jiġi/u infurmat/i permezz ta' SMS jew email. Iċ-Ċertifikat tat-Twelid jista' mbagħad jiġi ordnat mill-websajt tar-Reġistru Pubbliku www.certifikati.gov.mt.

 

Proċedura:

 

Id-dokumentazzjoni meħtieġa biex titlesta notifika ta' twelid tinkludi ċ-ċertifikat oriġinali ta' ‘Notifika ta' Twelid ta' Tarbija’ maħruġ mill-isptar fejn seħħ it-twelid u d-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-ġenitur/i.

 

Jistgħu jkunu meħtieġa dokumentazzjoni oħra, skont l-istat ċivili tal-ġenitur/i.
 Titħallas tariffa ta’ €2.60 għal kull twelid irreġistrat.

 

Hemm każijiet eċċezzjonali fejn il-proċess tan-notifika tat-twelid ma jistax isir online jew bil-posta. F'każijiet bħal dawn, il-ġenituri jridu jżuru l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku fil-Marsa, l-Isptar Mater Dei, l-Imsida, jew ir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex, fir-Rabat Għawdex, jekk it-twelid isir f'Għawdex biex titlesta n-Notifika tat-Twelid.
Ir-Reġistru Pubbliku jeħtieġ dokumenti oriġinali għal skopijiet ta' reġistrazzjoni. Id-dokumenti ppreżentati lir-Reġistru Pubbliku, jinżammu indefinittivament fl-arkivji tiegħu. Dokumenti pubbliċi li mhumiex fil-lingwa Ingliża għandhom jiġu tradotti għall-Malti jew għall-Ingliż. F'każijiet fejn qasam wieħed jew aktar ikunu f'lingwa oħra għajr il-lingwa Ingliża jew Maltija, hija meħtieġa traduzzjoni ta' dawn l-oqsma għall-ipproċessar tad-dokument. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn din il-LINK - Politika għar-rikonoxximent ta' dokumenti pubbliċi barranin permezz ta' Identità.

Ibbukjar ta' Passaport

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit. Suspendisse et sagittis tellus, quis viverra diam.