Il-Kurunell Edric Zahra nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' Identità, effettiv mill-14 ta' Lulju 2025, u jsuccedi lis-Sur Steve Agius. Huwa għandu Master of Advocacy, Master fl-Istudji Maltin, Baċellerat tal-Arti fil-Ġeografija u l-Antropoloġija. Iċ-Chairperson ta' Identità Marlene Mizzi u l-Kap Eżekuttiv li qed jitlaq, Steve Agius, laqgħu lill-Kurunell Zahra fi […]

Il-Kurunell Edric Zahra nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' Identità, effettiv mill-14 ta' Lulju 2025, u jsuccedi lis-Sur Steve Agius.
Huwa għandu Masters fl-Avukatura, Masters fl-Istudji Maltin, Baċellerat tal-Arti fil-Ġeografija u l-Antropoloġija.
Il-Chairperson ta' Identità Marlene Mizzi u l-Kap Eżekuttiv li qed itemm il-mandat tiegħu, Steve Agius, laqgħu lill-Kurunell Zahra fil-bini tal-aġenzija. Huma kellhom diskussjoni informali dwar il-ħidma tal-aġenzija, li tirrifletti sens pożittiv ta' kontinwità u kollaborazzjoni.
Il-Kurunell Zahra ddikjara, “Ninsab eċċitat li nieħu dan ir-rwol ġdid u li nkun parti minn tim daqshekk dedikat. Ninsab ħerqan li nkompli nibni fuq il-ħidma tajba li diġà saret u li naħdem mill-qrib ma’ kulħadd biex nilħqu l-objettivi tagħna. Flimkien, jien ċert li nistgħu nkomplu nimxu ’l quddiem b’direzzjoni ċara u valuri sodi.”
Marlene Mizzi rringrazzjat lis-Sur Agius għax-xogħol diliġenti u l-kontribuzzjonijiet siewja tiegħu u laqgħet lill-Kurunell Zahra fit-tmexxija ta' Identità.