Is-Sur Steve Agius ġie maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' Identità, u se jkun qed jieħu post il-Kurunell Mark Mallia.

Is-Sur Steve Agius ġie maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' Identità, u se jkun qed jieħu post il-Kurunell Mark Mallia.
Il-Kur. Mallia okkupa r-rwol ta' Kap Eżekuttiv għal dawn l-aħħar sentejn u qed iħalli warajh ħafna kisbiet, fosthom ir-rebranding ta' Identity Malta għal Identità, it-tnedija ta' strateġija ġdida ta' tliet snin, it-twaqqif tal-Unità tal-Konformità u s-simplifikazzjoni ta' diversi proċessi ta' applikazzjoni.
Is-Sur Steve Agius okkupa numru ta' karigi maniġerjali, inkluż Uffiċjal Kap Operattiv fl-Isptar Mater Dei fejn mexxa l-programm nazzjonali ta' tilqim kontra l-COVID-19. Qabel dan, huwa serva bħala Uffiċjal Kap tal-Informazzjoni fir-regolatur nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet, fejn issorvelja diversi proġetti.
Agius għandu Masters fil-ġestjoni tan-negozju u bħalissa qed isegwi dottorat, b'enfasi fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet ibbażat fuq id-data.
Identità tixtieq tirringrazzja lill-Kurunell Mark Mallia għas-servizz tiegħu u tixtieq lis-Sur Agius kull suċċess fir-rwol il-ġdid tiegħu.